In-nefqa tal-Gvern hija aktar minn dak li qed idaħħal b’€203.4 miljun. Dan huwa dak li kien irreġistrat fl-ewwel 8 xhur ta’ din is-sena – riflessjoni negattiva immens meta ċ-ċifri ġew imqabbla mal-istess perjodu tas-sena preċedenti. Dan hekk kif matul l-istess perjodu pajjiżna kien għamel surplus ta’ ftit inqas minn €99 miljun.
Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wera li sal-aħħar ta’ Awwissu id-dejn tal-Gvern tela’ għal €11.138 biljun u b’hekk żdied b’€1.09 biljun meta ċ-ċifri kienu kkumparati mal-2024.
Intqal kif l-akbar introjtu għall-Gvern kien ġej mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, mill-VAT kif ukoll minn liċenzji, taxxi u multi.
L-ispiża totali laħqet il-€5.23 biljun – b’żieda ta’ €476.6 miljun meta kkumparati mas-sena preċedenti.
//= $special ?>