Internazzjonali

Movimenti bid-drones fl-ispazju tal-ajru tad-Danimarka

Din il-ġimgħa evidentament jidher li kienu divers d-drones li ttajru fl-ispazju tal-ajru tad-Dsnimarka. Bit-tmexxija tal-pajjiż tirrimarka li din kienet azzjoni ‘professjonali’ – iżda rrimarkat li ma kien hemm ebda provi ta’ involviment Russu.

Din il-manuvra fixklet l-ispazju tal-ajru fid-Danimarka għat-tieni darba f’ġimgħa, u wasslet biex diversi ajruporti u titjiriet jesperjenzaw dewmien. Jew saħansitra ma setgħux jinżlu fuq il-mitjar.

L-ajruport ta’ Aalborg kellu jagħlaq għal bosta sigħat l-Erbgħa filgħaxija wara li dehru dwal ħodor fl-ajru. U l-ajruport ta’ Billund ukoll kellu jagħlaq għal ftit sigħat. Apparti dawn iż-żewġ ajruporti kien hemm ukoll tliet ajruporti oħra żgħar li rrapportaw attività minn drones fl-ajru.

Nhar it-Tnejn li għadda wkoll, l-ajruport ta’ Copenhagen kellu jagħlaq b’mod temporanju minħabba azzjoni minn drones.

Il-Ministru tad-difiża Poulsen qal li dan kien attakk hybrid u parti minn operazzjoni sistematika. Żied ukoll li d-drones ġew imtajra lokalment.

Poulsen insista li m’hemm l-ebda evidenza li r-Russi kienu wara dan il-każ serju; għalkemm issa l-Pulizija Daniża qed tinvestiga sabiex isir magħruf min kien il-moħħ wara dawn il-manuvri bid-drones.

L-ewwel drones dehru l-Erbgħa għall-ħabta ta’ 9:45pm, ħin lokali, u l-ajru żvjota mid-drones għall-ħabta tat-3am.

Fix-xhur li għaddew, ir-Russja diġà kienet ġiet akkużata b’azzjonijiet simili… bl-Ewropa qedgħa għassa, wara li diversi membri stati tan-Nato rrapportaw movimenti Russi fl-ispazji tal-ajru tagħhom.