44 plejer kienu nominati mill-Malta Rugby League għall-impenji internazzjonali li jmiss kontra l-Olanda u Serbija. Fost dawn hemm plejers residenti fl-Awstralja, Franza , Renju Unit u Stati Uniti fosthom il-half back ta’ fama internazzjonali Jarrod Sammut kif ukoll il-plejer ta’ 18-il sena Harrison Jewitt li ddebutta għal Malta sena ilu kontra l-Italja. L-għażla ta’ plejers residenti Malta hija fuq medda ta’ ħames timijiet fi ħdan il-Malta Rugby League.
Il-preparazzjoni tat-tim nazzjonali mal-kowċ nazzjonali Philip Humphrey bdiet f’Ġunju li għadda b’selezzjoni lokali li lagħbet kontra l-Università ta’ Exeter. Fil-grupp ta’ plejers minn clubs lokali l-akbar numru huma minn Falcons u minn Stompers rebbieħa tal-aħħar Kampjonat. Fl-istaff tekniku ma’ Humphrey hemm Karl Cassar u Kaine Dimech flimkien mat-tim manager Anthony Micallef filwaqt li l-eks captain ta’ Malta Knights Ben Sammut responsabbli biex jidentifika elite plejers fil-Kampjonat Awstraljan.
//= $special ?>