Il-Ħamis, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Antnin, Wied il-Għajn.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti Wied il-Għajn u mutur misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>