Sport

Rebħiet għal Aston Villa, FC Porto u Stuttgart 

Meta lbieraħ tkompliet il-kompetizzjoni tal-Ewropa League kienu reġisrarti rebħiet importanti għal Aston Villa, FC Porto u Stuttgart.

F’Villa Park :

Aston Villa    1        Bologna     0

Rebħa minima u gowl fl-ewwel minuti kienu biżżejjed għal Aston Villa kontra Bologna li din is-sena għadhom ‘il bogħod mill-wirjiet tas-sena li għaddiet. Il-gowl deċiżiv kien skorjat fit-13-il minuta minn JOHN MC GINN li għeleb lil Lukas Skorupski. Fit-68 minuta Aston Villa kellhom ċans li jirdoppjaw iżda Ollie Watkins falla minn penalty.

Fir-Red Bull Arena :

Salzburg   0     FC Porto    1

Partita li dehret se tispiċċa fi draw ta’ bla gowls, fit-tielet minuta ta’ ħin miżjud, Porto mmexxija minn Francesco Faioli skorjaw il-gowl deċiżiv. Minn azzjoni ta’ Martin Fernandez kien WILLIAM GOMES li għeleb lil Alexander Schlager fl-aħħar azzjoni tal-partita fit-93 minuta.

Fl-MHP Arena :

Stuttgart   2     Celta Vigo 1

Rużultat ta’ 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fil-51 minuta Stuttgart marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni li bdiet minn Alexander Nubel, kien BADRADINE BOUAMANI li għeleb lil Ionut Radu. Reazzjoni minima minn Celta Vigo li fit-68 minuta sofrew it-tieni gowl meta minn azzjoni ta’ Stiller kien BILAL EL KHANNOUS li mill-ġdid għeleb lil Radu.

Kien biss fit-87 minuta li Celta Vigo naqqsu l-iskor meta minn azzjoni ta’ Iliax Morika kien BORJA IGLESIAS li għeleb lil Nubel għat 2 – 1 finali.