It-tri-atleta Keith Galea rebaħ il- kategorija tal-età Senior 4 , filwaqt li Graham Borg kiseb l-ewwel post fil- kategorija tal-età M1 . Ta’ min jinnota wkoll li fil-klassifika ġenerali, Keith Galea kiseb is-seba’ post, filwaqt li Graham Borg temm fl-10 post li huwa riżultat notevoli wara nuqqas ta’ 7 snin minn tlielaq kompetittivi.
Graham Borg kien biss xahrejn ilu li ddeċieda li jirritorna fit-triathlon fuq Distanza Olimpika fejn fi żmien ristrett fassal il-programm ta’ taħriġ.
Kemm Borg kif ukoll Keith Galea ffaċċjaw kompetizzjoni qawwija fil-gruppi ta’ età rispettivi tagħhom. Borg stabbilixxa vantaġġ sod fuq ir-rivali ewlieni tiegħu fil-kategorija matul it-taqsima tal-għawm. Borg u Galea ħarġu mill-ilma flimkien u t-tnejn żammew pass kostanti u mgħaġġel matul ir-rotta taċ-ċikliżmu ta’ 40km. Matul dan is-segment, Borg kabbar aktar il-vantaġġ tiegħu fuq il-kompetitur tiegħu fil-grupp ta’ età, u żied id-distakk għal 7 minuti impressjonanti.
Sa tmiem it-taqsima taċ-ċikliżmu, Galea u Borg kienu fit-8 post u fid-9 post rispettivament b’differenza minima ta’ sekonda.
Fl-aħħar taqsima fuq ġirja ta’ 10km, Galea żied il-pass tiegħu u kompla biex spiċċa fis-7 post b’mod ġenerali, u kiseb l-ewwel post fil-kategorija ta’ età tiegħu b’vantaġġ ta’ 4 minuti fuq l-eqreb rivali tiegħu, u kiseb l-10 post fil-klassifika ġenerali.
//= $special ?>