Id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika għandha tliet Maltin minn total ta’ 26 impjegat li huma assenjati biex jagħmlu xogħol mal-magni tal-BCRS. Hemm 23 li huma ta’ nazzjonalità oħra.
Din l-informazzjoni rriżultat fil-Parlament fi tweġba li tat Miriam Dalli, Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea li staqsiet dwar kemm huwa n-numru ta’ impjegati ta’ Clean Malta, jew ta’ kuntratturi li għandhom ftehim ma’ Clean Malta, li ġew assenjati biex jagħmlu xogħol mal-kaxxi fejn jitpoġġew il-fliexken, jiġifieri mal-magni tal-BCR u wkoll kemm minn dawn il-ħaddiema huma Maltin u kemm huma ta’ nazzjonalità oħra.
//= $special ?>