Lokali

11-il pajjiż se jkunu qed jipparteċipaw fil-Malta International Airshow 2025

Ritratt ta' Catriel Farrugia Sghendo

Is-sema fis-sigħat li ġejjin se tkun qed timtela b’diversi kuluri. Hekk kif mis-Sibt jibda l-ispettaklu tal-Malta International Airshow 2025 li se jkun qiegħed iseħħ mis-27 sat-28 ta’ Settembru.

Dan ix-xow li jittella’ mis-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni u li jsir kull sentejn, jattira numru ta’ Maltin u turisti, kif ukoll dilettanti tal-avjazzjoni.

L-airshow jikkonsisti minn numru ta’ ajruplani militari u ċivili li se jidhru kemm itiru kif ukoll statistiċi.

Crew ta’ Net New propju żar il-preparamenti ta’ dan ix-xow, fl-Apron tal-Easyjet Engineering Malta kif ukoll fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi fejn segwa wirjiet statistiċi ta’ ajruplani. Matul dawn il-jumejn ser ikun hemm ukoll titjiriet fuq ir-raħal pittoresk ta’ San Pawl il-Baħar.

Mal-mikrofonu ta’ Net News, il-President tal-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni, Massimo Farrugia, ta rendikont tat-tipi ta’ ajruplani li se jkun qed jieħdu sehem f’dan ix-xow, tenna li hemm 11-il pajjiż li se jkunu qed jipparteċipaw. Dawn jinkludu lil Malta, l-Awstrija, il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, l-Ingilterra, is-Serbja, it-Turkija, kif ukoll l-Amerika.

L-ajruplani li se jkunu parti minn dan ix-xow parikolari jinkludu ir-red arrows, ic-C-130 Austrian Air Force, P-3 Orion German Force, il-Panavia Tornado PA-200,  Boeing TC-135W Stratolifter, fost ħafna oħrajn.

Intant pilota mal-AFM, Theodore Zammit, semma kif fost il-varjeta vasta ta’ ajruplani li se jkunu qed jieħdu sehem hemm l-Ajruplani l-Ingliżi, ir-red arrows u kif ukoll tliett tipi ta’ helicopters tal-Forzi Armati Maltin li se jieħdu sehem anke fl-aerial displays.

Barraminnhekk, Junior team manager tar-Red Arrows, James Innes, spjega kif kif il-preparamenti għal tali xow jibdew minn ħafna żmien qabel.

Preżenti għall-wirja fl-Apron tal-Easyjet Engineering Malta, kien hemm id-deputati Nazzjonalisti Mark Anthony Sammut u Ryan Callus. Fi kliemu Mark Anthony Sammut tenna li l-air show jagħti opportunita lill-pajjiż bex nippromwovu din l-industrija.

Finalment il-persuni kollha involuti fl-edizzjoni tal-Malta International Airshow għal din is-sena, ħeġġew lil kulħadd sabiex jattendi u jara dak kollu li għandu x’joffri dan l-ispettaklu mill-isbaħ.