Lokali

Beda l-proċess biex jitħabbar ix-shadow cabinet il-ġdid

Fi tmiem din il-ġimgħa, il-Kap tal-PN Alex Borg se jkun qed jagħlaq il-proċess li matulu se jippreżenta x-shadow cabinet bl-irwoli Parlamentari tad-diversi deputati li jiffurmaw parti mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Dan il-proċess qed isegwi l-passi li diġa’ ttieħdu minn Alex Borg fejn kien ħabbar erba’ rwoli importanti għall-PN: Sabine Agius Cabourdin, Simon Vella Gregory, Damien Spiteri u Simon Mizzi.

Damien Spiteri inħatar Kap tas-Segretarjat tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg filwaqt li Sabine Agius Cabourdin ġiet maħtura bħala l-ewwel Kap Eżekuttiv tal-PN. 

Simon Vella Gregory ġie maħtur bħala Campaign Manager, l-Inġinier Simon Mizzi ġie appuntat Kap tal-Leadership Delivery Office. Uffiċċju li ser jiggarantixxi li Alex Borg jilħaq il-wegħdiet kollha tiegħu li ħabbar tul il-kampanja.