Kranju uman li għandu madwar miljun sena ġie skopert fiċ-Ċina. U skont studju innovattiv li sar fl-aħħar ġimgħat, dan kollu kapaċi jbiddel dak li nafu sa issa dwar l-oriġini tal-ispeċi tagħna.
Ir-ras ta’ skeletru, magħruf bħala Yunxian 2, jidher li jappartjeni mhux għall-ispeċi homo erectus kif kien maħsub qabel, iżda għal speċi aktar avvanzata – possibilment anke forma bikrija ta’ homo sapiens.
Xjentisti mill-Università ta’ Fudan fiċ-Ċina u l-Mużew tal-Istorja Naturali tar-Renju Unit qed isostnu li l-kranju juri karatteristiċi konsistenti ma’ homo longi, li jqarreb kemm man-Neanderthals kif ukoll mal-bnedmin moderni kif nafuhom illum il-ġurnata.
Jekk ikkonfermata, l-iskoperta ta’ din ir-ras ta’ skeletru tissuġġerixxi li bnedmin b’moħħ bħalna jistgħu jkunu bdew jevolvu mill-inqas 500,000 sena qabel l-istimi attwali.
Il-Professur Xijun Ni, li mexxa l-istudju, tenna li dan ir-riżultat kien xokkanti għall-ewwel, iżda wara testijijiet ripetuti u metodi differenti, “issa jinsabu konfidenti” bis-sejbiet tagħhom.
Ippubblikat fil-ġurnal prestiġjuż Science, l-istudju jissuġġerixxi li forom bikrija ta ‘Homo sapiens, Neanderthals, u Homo longi setgħu ko-eżistew għal kważi miljun sena.
Is-sejbiet jistgħu jgħinu biex jispjegaw, ħafna fossili li huma diffiċli biex jiġu kklassifikati – u li kienu misjuba madwar l-Ewropa, l-Afrika, u l-Asja matul l-aħħar seklu.
Il-Professur Chris Stringer sostna li dan kollu jbiddel il-mod kif naraw “il-family tree umana.”
//= $special ?>