Futbol Sport

Ħamrun Spartans momentarjament fl-ewwel post wara rebħa komda fuq Hibernians

(Ritratt: Joseph Galea)

ĦAMRUN SPARTANS……………2

HIBERNIANS……………………….0

Ħamrun S: H.Bonello, R.Compri, J.Mbong (S.Attard), V.Polito, S.Smajlagic (N.Koffi 63’), J.Cadenovic, A.Coric (E.Marcelina 64’), E.Bruno (S.Camilleri 90’), O.Bjelicic, M.Hadzi (M.El Farnis 72’), R.Camenzuli

Hibernians: H.Sacco, L.Caruana (A.Attard 75’), L.Villela, B.Kristensen, J.Teixeira (C.Santos 64’),, D.Xuereb (L.Abela 75’), A.Zammit, P.De Lima, C.Padilha, C.Da Silva (D.Muscat 90’), M.Lopes (J.Ohaka 90’)

Referee: Alex Johnson

Ħamrun Spartans għelbu lil Hibernians 2-0 biex telgħu momentarjament fl-ewwel post, hekk kif kisbu 15-il punt wara l-ewwel 7 partiti. L-Ispartans qedin fuq forma tajba hekk kif għadhom ma soffrewx telfa.

L-Ispartans kienu dominanti sa mill-bidu, hekk kif Semir Smajlagic skorja kmieni, bl-Ispartans imorru fil-vantaġġ wara 6 minuti biss.

Wara siegħa logħob, Joseph Mbong jiskorja gowl ieħor biex kabbar il-vantaġġ, b’dak il-gowl ikun kruċjali fil-mixja ta’ Ħamrun għal tlett punti importanti.

(Ritratt: Joseph Galea)

Ritratt: Joseph Galea