Juventus ħadu t-tieni draw konsekuttiv wara li temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Atalanta. La Dea rnexxielhom jiftħu l-iskor ftit mumenti qabel l-ewwel taqsima permezz Kamaldeen Sulemana.
Juventus ġabu d-draw fit-78 minuta permezz ta’ Juan Cabal.
La Dea komplew jilagħbu b’għaxra żewġ minuti wara hekk kif Martin De Roon intwera t-tieni karta saffra tiegħu.
Intant, Inter kisbu t-tielet rebħa staġjonali meta għelbu lil Cagliari 2-0. Il-gowls jaslu minn Lautaro Martinez fl-ewwel taqsima u minn Esposito fit-tieni taqsima.
Il-partita l-oħra tas-Sibt kienet bejn Como u Genoa bl-iskor finali jkun 1-1.
//= $special ?>