Internazzjonali

L-Istati Uniti tikkanċella l-visa tal-President Kolombjan Petro

L-Istati Uniti qalet li se tirrevoka l-visa tal-President Kolumbjan Gustavo Petro, wara li dan ħeġġeġ lis-suldati tal-Istati Uniti sabiex ma jobdux lil President Donald Trump waqt attività f’New York.

Id-Dipartiment tal-Istat iddeskriva l-kummenti ta’ Petro waqt protesta favur il-Palestina nhar il-Ġimgħa bħala rresponsabbli.

Il-mexxej Kolombjan kien qiegħed fl-Istati Uniti għall-Assamblea Ġeneral tan-Nazzjonijiet Uniti, wara li aktar kmieni din il-ġimgħa sejjaħ għal investigazzjoni kriminali l-attakki tal-amministrazzjoni ta’ Trump fuq vapuri li allegatament kienu nvoluti fit-traffikar tad-droga fil-baħar tal-Karibew.

Skont rapporti mill-midja Kolombjana, l-President Petro kien diġà fi triqu lura lejn Bogota xħin l-Istati Uniti ħabbru li ser jikkanċelawlu l-visa.