Il-Gvern iddeċieda li jagħlaq l-iskola speċjali tal-Wardija. U dan wassal biex diversi ġenituri juru l-frustrazzjoni tagħhom għal din is-sitwazzjoni.
Waħda minn dawk li tkellmu apertament kienet Sefora Aquilina, li ma ddejqet xejn tuża l-pjattaformi soċjali tagħha biex twassal messaġġ b’saħħtu.
Iżda jidher li minn naħa tal-awtoritajiet, ċemplulha għaliex “qalet xi ħaġa li qed tniggeż” – b’referenza partikolari għal dan iċ-Ċentru tal-Wardija li joffri servizzi essenzjali lil tfal bi bżonnijiet speċjali. Dan hekk kif l-iskola tal-Wardija se tiġi phased-out.
“Min ikkuntatjani ma riedx jismani jew jifhem is-sitwazzjonijiet li ngħaddu minnhom.”
“Mhux se tieqfu tisimgħu dwar dak li għamlu fl-iskola tal-Wardija”.
//= $special ?>