Il-miljunarji Elon Musk u l-Prinċep Andrew huma msemmija f’dokumenti ġodda li ġew rilaxxati mil-Kongress Demokratiċi li jikkonċernaw lil Jeffrey Epstein.
Id-dokumenti li ġew provduti lill-Kumitat li josservazzjoni l-intern juru li Musk kien misieden fil-gżira ta’ Epstein f’Diċembru tal-2014.
B’mod separat, manifest għal titjira minn New Jersey għal Flordia f’Mejju tal-2000 juri l-isem ta’ Duka ta’ York fost il-passiġġiera.
Il-Prinċep Andrew kemm il-darba ċaħad dawn l-akkużi filwaqt li Elon Musk kien qalk li Epstein kienu steidnu biex imur fuq il-gżira tiegħu pero huwa ma kienx aċċetta.
Ir-rekords in kwistjoni jagħmlu parti mit-tliett settijiet ta’ dokumenti li ġew ipprovduti u li d-Demokratiċi fil-Kumitat tal-Osservazzjoni tal-Kamra tad-Deputati qalu li jinkludu lista ta’ messaġġi bil-mobile, kopji ta’ titjiriet, u l-iskeda ta’ kuljum ta’ Epstein fost oħrajn.
Intant, huwa mifhum li n-nies imsemmija f’dawn il-file kienu mgħarrfa li allegatament hemm attività kriminali, li aktar ‘il quddiem Epstein kien arrestat dwar.
Epstein miet kaġun ta’ suwiċidju lura fl-2019 waqt li kien qiegħed jistenna ġuri fuq akkużi ta’ traffikar sesswali.
//= $special ?>