Diversi drones ġew osservati fid-Danimarka, dan wara serje ta’ inċidenti li kkawżaw tgerfix fit-titjiriet ta’ din il-ġimgħa.
Id-drones ġew osservati, fost oħrajn fuq il-faċilità militari Karup, u dan wassal biex din il-faċċilita’ tagħlaq b’mod temporanju l-ispazju tal-ajru għall-ivvjaġġar kummerċjali.
Din l-aħbar tasal wara diversi rapporti ta’ possibiltà li seta kien hemm attivta tad-drones fuq id-Danimarka li qajmu diversi tħassib dwar il-vulnerabiltà ta’ dan il-pajjiż għal attakki mill-ajru. Madankollu id-Danimarka żammet lura milli tgħid li dawn id-drones kienu mibgħuta minn Moska. Rapporti ta’ possibbilitajiet osservazzjonijiet relatati ġew ukoll irraportati fil-Ġermanja, in-Norveġja u l-Litwanja. .
Intant, il-pulizija qed jaħdmu mal-forzi armati Daniżi fl-investigazzjonijiet tagħhom.
//= $special ?>