Kultura Lokali

Programm ġdid fuq Net FM li se jiddiskuti l-festi… b’differenza

Merħba għal Festiva, il-podcast uffiċjali mhux uffiċjali tal-istaġun tal-festi – fejn il-qaddisin jitilgħu fuq it-tron u r-raħal jispiċċa fl-art.

Immexxi minn Matthew Polidano, ġurnalist b’passjoni għall-festi, kull episodju huwa taħlita ta’ murtaletti u murtali tal-kulur.

F’Festiva, se nisimgħu stejjer mill-qalba tan-nies li jagħmlu l-festa jew dak li joboduha: nies li jġorru kif jisimgħu suffarell jew jaraw parangla ssodilhom bankina, artisti li jqattgħu sitt xhur ipittru l-bnadar, mużiċisti li jdoqqu marċijiet imwaħħla b’tape, presidenti ta’ każini rivali, u nanniet voluntiera li jorganizzaw kollox bir-riga jew żgħażagħ voluntiera li jmorru kontra kull regola.

Kull episodju joffri:
– Intervisti fuq livell ta’ psikożi ma’ personalitajiet tal-festa jew dawk kontriha
– Debbattiti mimlijin passjoni (u ftit kontroversja) dwar min għandu l-aqwa statwa jew bandalora
– Rakkonti ta’ ġrajjiet storiċi (u żbalji katastrofiċi)

Għax il-festa mhix biss reliġjon – hi sport nazzjonali, teatrali u kultant psikoloġika. U Matthew Polidano qed jiġbor kollox, b’xofftejh qrib il-murtal u widnejh fuq il-briju.

Festiva – Għax f’dan il-pajjiż, jekk ma tħobbx il-festa, ma tafx tiċċelebra. Viva l-Festa!