Futbol Sport

Telfiet għal Liverpool, Manchester United u Chelsea

(Ritratt: EPA)

Brentford u Crystal Palace t-tnejn wettqu partiti stupendi biex ħolqu sorpriżi kbar fis-sitt ġurnata tal-Premier League hekk kif il-Bees għelbu lil Manchester United 3-1, filwaqt li Crystal Palace taw l-ewwel telfa tal-istaġun lil Liverpool meta għelbuhom 2-1.

Brentford skorjaw kmieni permezz ta’ Igor Thiago wara 8 minuti, segwit minn gowl ieħor tal-Brażiljan wara 20 minuta logħob. Ir-Red Devils naqqsu l-iskor permezz ta’ Benjamin Sesko fis-26 minuta.

Bruno Fernandes kellu ċ-ċans li jnaqqs id-distakk pero falla t-tieni penalty dan l-istaġun fis-76 minuta, qabel il-Bees pattewielhom b’gowl ieħor fil-95 minuta biex isiġillaw ir-rebħa minn Matthias Jensen.

Crystal Palace taw l-ewwel telfa liċ-champions renjanti Liverpool b’rebħa ta’ 2-1 li waslet verament fl-aħħar sekondi tal-partita.

Ismaila Sarr skorja l-ewwel għall-Eagles fid-disa’ minuta.

Liverpool ħasbu li għamlu l-mossa klassika meta skorjaw tard fis-87 minuta permezz ta’ Federico Chiesa, madankollu Palace ħasdu lill-avversarji bil-gowl tar-rebħa fis-97 minuta skorjat minn Eddie Nketiah.

Partita sorprendenti oħra bejn Chelsea u Brighton, hekk kif is-Seagulls ħasdu lil Chelsea fi Stamford Bridge b’rebħa ta’ 3-1.

Il-Blues ħadu l-vantaġġ permezz tal-captain Enzo Fernandez wara 24 minuta, pero Chelsea spiċċaw jilagħbu b’għaxra fil-bidu tat-tieni taqsima u din l-azzjoni bidlet kollox fil-partita.

Danny Welbeck jillivela l-iskor fis-77 minuta, qabel żewġ gowls fit-tard tas-Seagulls skorjati minn De Cuyper u Welbeck wasslu għar-rebħa tas-Seagulls.

Bournemouth irnexxielhom jiskorjaw gowl fit-tard biex kisbu punt f’Ellen Road kontra Leeds United bl-iskor finali jkun 2-2.

Antoine Semeyo jiftaħ l-iskor għaċ-cherries fis-26 minuta, qabel Joe Rodon jagħmel l-iskor indaqs fis-37 minuta. L-eks Newcastle United jiskorja fil-54 minuta biex jagħti l-vantaġġ momentarju lil Leeds, u Kroupi Jr jiskorja l-gowlt tad-draw fit-93 minuta.

Manchester City għelbu lil Burnley 5-1. Il-gowls tas-Citizens waslu minn żewġ auto-gowls ta’ Esteve, Nunes u dopjetta ta’ Haaland. Burnley skorjaw permezz ta’ Anthony fl-ewwel taqsima.