Albaniż ta’ 36 sena, residenti Wied il-Għajn, għal ħabta tal-10am, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Għar Dalam, f’Birżebbuġa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn vann Toyota Dyna, li kien qed jinstaq minn
raġel ta’ 59 sena residenti l-Marsa.
L-Albaniż ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie
ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>