Lokali

Clyde Caruana jgħid li jrid jibqa’ jintaxxa l-għajnuna għall-għoli tal-ħajja

Mhux se jneħħi t-taxxa minn fuq il-COLA għax ma jridx

Il-Minsitru Clyde Caruana ma jridx ineħħi t-taxxa minn fuq l-għajnuna tal-għoli tal-ħajja.

F’intervista mal-preżentatur Karl Bonaci, il-Ministru tal-Finanzi baqa’ jinsisti li hu ma jaqbilx li titneħħa t-taxxa minn fuq il-COLA minkejja li bosta għaqdiet u korpi kostitwiti qalu kemm-il darba li din it-taxxa hija diġà taxxa mħallsa – fatt li Caruana, għal xi raġuni, mhux jaqbel miegħu.

Minkejja l-ħafna pompi sena wara oħra bi tħejjija għad-diskors tal-budget, bir-reklami asfizjanti ironikament imħallsin mit-taxxi tal-poplu, Caruana sostna li l-budget mhux il-monti fejn kulħadd jieħu li jrid – minkejja li din hija taxxa diġà mħallsa.

Il-Partit Nazzjonalista ilu issa xhur sħaħ jappella lill-Gvern sabiex ineħħi din it-taxxa u piż fuq il-familji Maltin u Għawdxin – madanakollu Caruana baqa’ jisħaq li anke jaffordja jneħħiha xorta waħda deċiż li ma jeliminaħhiex.

Il-Ministru sostna li bħala l-bniedem responsabbli mill-Finanzi tal-pajjiż ma jaħsibx li hi deċiżjoni tajba u saħaq li l-affarijiet ma jaħdmux hekk.

Ironikament però filwaqt li jrid jissikka ċ-ċintorin mal-familji Maltin u Għawdxin, ma jsib ebda oġġezzjoni li tal-qalba jimpalaw l-eluf ta’ ewro bħal fil-każ – fost lista twila ta’ positions of trust, u attivitajiet tal-Gvern – il-pagi li nħarġu minn Mużika Mużika fost oħrajn ‘il fuq minn €5,000 għal Jason Micallef talli kiteb script.