Mit-Tnejn, fuq Net TV, jirritorna l-programm NETLIVE.
Wara l-waqfa tax-xhur tas-sajf, dan il-programm ta’ diskussjoni se jkun lura fuq Net Television biex iwassal analiżi tal-aħbarijiet, diskussjoni, intervisti, kollegamenti minn barra l-istudios, kummentarji, u pjattaforma fejn personalitajiet b’opinjonijiet opposti jkunu jistgħu iħabbtu l-ideat tagħhom – u fl-aħħar mill-aħħar, tkun l-udejnza li tifforma l-opinjoni tagħha fuq ġrajjiet kurrenti u suġġetti li jkunu qed jiżviluppaw minn ġurnata għall-oħra.
Bħala l-aktar programm popolari fuq Net TV kif konfermat mill-Awtorità tax-Xandira, NETLIVE se jibqa’ jagħti vuċi lin-nies u l-kwistjonijiet li jolqtu direttament lilhom; mis-saħħa sat-traffiku, minn problemi soċjali għal skandli u inġustizzji, minn stejjer umani għar-rakkonti ta’ Maltin u Għawdxin li jkunu qed jagħmlu suċċess fl-oqsma rispettivi tagħhom.
Ma jonqsux ukoll id-dibattitu u d-diskussjonijiet bis-sehem ta’ politiċi, opinjonisti, nies mill-qasam tan-negozju, unions u attivisti.
Set ġdid għal NETLIVE
Din is-sena, id-direzzjoni ta’ Net TV ħasbet biex toħloq set ġdida għal dan il-programm, fejn apparti l-mejda tad-diskussjoni se jkollna wkoll zona oħra fejn isiru intervisti diretti u l-analiżi tal-aħbarijiet tal-ġurnata.
NETLIVE se jerġa’ jkun il-post fejn verament issir id-diskussjoni, bi stil dirett u mingħajr kliem żejjed.
Il-programm din is-sena għandu produzzjoni ta’ Robert Cremona u Maria Borg, bl-assistenza ta’ Thomas Demartino.
NETLIVE jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa wara l-aħbarijiet tas-6pm.
//= $special ?>