F’San Siro fil-partita tal-ġimgħa fis-Serie A Milan għelbu lil Napoli bl-iskor ta’ 2-1 f’rebħa importanti għal Massimiliano Allegri u t-tim tiegħu. Din ir-rebħa tqawwi wkoll il-kredenzjali tat-tim li jikkompeti mal-aqwa timijiet fl-ogħla postijiet tal-klassifika. Kienu Milan li fetħu vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima b’gowls minn Alexis Saelemaekers u Christian Pulisic biex daħlu jistrieħu żewġ giwks vantaġġ.
Fis-57 minuta minn azzjoni mil-lemin Estupinian deher iwaqqa’ lil Di Lorenzo fil-kaxxa bir-referee jordna penalty u tkeċċi għad-difensur ta’ Milan. Mill-ħdax-il metru Kevin De Bruyne ma żbaljax iżda ma kienx biżżejjed biex idawwar ir-riżultat.
//= $special ?>