Futbol Sport

Yuri Messias l-eroj għal Valletta

Ritratt: Andrew Grima

Tarxien Rainbows ……. 1

Valletta ………………….. 2

Tarxien R: A.Cassar, S.Filipe, F.Conceicao, A.De Barros, H.Da Silva, K.Donsu, O.Ibeh, R.Rodrigues, A.Dantas, A.Vella, M.Grima

Valletta: A.Aguero, S.Borg, B.Paiber, Y.Yankam, K.Brewer, E.Mbende, Y.Messias, S.Radic, A.Thaylor, J.De Assis, J.Mendoza

Referee: E.Barbara

Assistenti Referees: J.Muscat, V.Vasilev

Valletta komplew bl-istaġun pożittiv tagħhom u baqgħu mhux megħluba fil-YoHealth Malta Premier meta għelbu lil Tarxien bl-iskor ta’ 2-1. Kien Tarxien li fetħu l-iskor b’gowl ta’ Rafael Tavares qabel Valletta irreaġixxew qabel tmiem l-ewwel taqsima b’gowl ta’ Yuri Messias. L-istess Messias kien il-protagonist hekk kif fit-82 minuta skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għal valletta. Din ir-rebħa żżomm lil Valletta mal-ewwel erba’ fir-ritorn tagħhom fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. 

Zabbar St. Patricks ……………. 2

Gżira United ……………………. 0

Zabbar STP: L.Camilleri, A.Dumbuya, S.Cejas, A.Gambarte, J.Strahinja, Z.Leonardi, V.De Paiva, R.Scicluna, T.Brito, S.Gomes, K.Scicluna

Gżira Utd: K.Sargent, G.Mentz, E.Fonseca, S.Martinez, C.Penha, C.Failla, C.Riascos, M.Van De Bovenkamp, J.Bonilla, W.Bonilha, F.Silva

Referee: S.Petrovic

Assistenti Referees: D.Spencer, D.Sultana

Fis-Centenary Stadium rebħa konvinċenti ta’ 2-0 għal Zabbar St. Patricks fuq Gżira United liema telfa wasslet għar-riżenja tal-kowċ ta’ Gżira Clive Mizzi, b’effett immedjat. Zabbar fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta kien Zean Leonardi li għadda tajjeb, daħal fil-kaxxar u għeleb lil goalkepper Karl Sargent għal 1-0. It-tieni gowl għal Zabbar wasal fil-75 minuta meta Mario Fontanella ġie mwaqqa’ fil-kaxxa bir-referees jordna penalty. Mill-ħdax-il metru kien Brian Gambarte li ma żbaljax għal 2-0.

Marsaxlokk ………….. 0

Birkirkara …………….. 0

Marsaxlokk: C.Mafoumbi, W.Soares, E.Pepe, N.Muscat, U.Arias, J.Corbolan, A.Soares, J.Minala, R.Mihana, M.Barros, A.Ayom

Birkirkara: A.Martinez, F.Lopez, I.Morello, M.Cordova, K.Reid, S.Dimech, L.Lacunza, N.Micallef, G.Acheampong, S.Makoma, L.Ribeira

Referee: G.Tonna

Assistenti Referees: L.Portelli, K.Saliba

F’partita bilanċjata bejn iż-żewġ timijiet draw ta’ mingħajr gowls bejn Marsaxlokk u Birkirkara. Biż-żewġ timijiet ikunu kawti fil-logħob tagħhom din il-partita kienet importanti għal żewġ timijiet li qed jittamaw li jiksbu post mal-ewwel sitta’. Minkejja n-nuqqas ta’ azzjonijiet perikolużi Birkirkara kellhom okkażjoni ta’ skor permezz ta’ Macula li ma rnexxielux jixħet ġewwa bir-ras, filwaqt li Marasaxlokk kienu perikolużi permezz ta’ Ailton Soares, li wkoll ma rnexxielux jikkonkludi fix-xibka.

Sliema Wanderers …….. 0

Naxxar Lions …………….. 4

Sliema W: R.Al Tumi, J.Borg, N.Frendo, V.Plut, M.Beerman, R.Prsa, M.Bah, H.Freie, B.Diarra, T.Espindola, F.Gomes

Naxxar L: M.Debono, F.De Campos, N.Pace Cocks, A.Soares, V.Souza, M.Silva, R.Pereira, M.Micallef, V.Ferreira, A.Guehi, V.Moura Cardoso

Referee: F.Zammit

Assistenti Referees: J.Spiteri, S.Calleja  

Fis-Centenary Stadium Naxxar Lions ħasdu lil Sliema Wanderers meta rebħulhom bl-iskor ta’ 4-0. Riżultat li bih Naxxar Lions komplew juru t-tim kompettitiv li għandhom dan l-istaġun. Min-naħa l-oħra diżappunt għal Sliema li għadhom iridu juru l-aqwa forma tagħhom dan l-istaġun. Naxxar Lions fil-vantaġġ wara 16-il minuta b’gowl ta’ Joao Moura Cardoso, b’Giuseppe Bonanno jirdoppja tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Joao Victor Souza skorja it-tielet gowl fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima, biex daħlu jistrieħu tliet gowls vantaġġ. Ir-raba’ gowl wasal fit-82 minuta permezz tal-istess plejer Victor Souza għal doppjetta personali.