Konfużjoni u nuqqas ta’ qbil fil-Kabinett ta’ Abela – Hekk kif il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana għandhom diverġenza ċara dwar il-kwistjoni tal-Metro.
Robert Abela reġa’ semma l-Metro f’intervista li saret il-Ħadd – bil-Prim Ministru jerġa’ jinfexx jiftaħar bi proġett u saħansitra reġa’ fakkarna fil-mijiet ta eluf li ntefqu fi Pjazza Tritoni qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2022 għal proġett li l-Ministru Clyde Caruana nnifsu ma jemminx li hu vijabbli.
Apparti min hekk filwaqt li Abela saħaq li s-suppost studji, li swew l-eluf ta’ flus, qed javvanzaw, il-Ministru Caruana f’intervista mal-preżentatur Karl Bonaci fil-jiem li għaddew staqsa jekk wieħed jafx verament x’qed jiproponi.
Intant Abela kkonferma li mill-istudji li qed isiru, ħarġet spiża ta’ biljuni kbar ta’ flus – bi Clyde Caruana jisħaq li dawn mhux flus li għandhom jintefqu kif ġieb u laħaq b’ebda garanzija tas-suċċess tal-proġett.
Intant Clyde Caruana reġa’ kkonferma d-dubji kbar tiegħu fuq il-proġett li Robert Abela qed jimbotta bħala bżar fil-għajn…wara issa 3 snin jgħid l-istess ħaġa
Fl-istess intervista, Clyde Caruana ddeskriva l-kwistjoni tal-metro bħala tema li tasal kull 5 snin fl-hekk deskritta mill-Ministru stess bħala silly season, staġun tal-bluha li jasal qabel l-Elezzjoni Ġenerali – turija ċara li l-Ministru Caruana nnifsu qed jixħet dubji serji dwar dak li qed jgħid Robert Abela fuq il-Metro.
//= $special ?>