Fl-ewwel semifinali ebda problema għas-seed numru 1 Carlos Alcaraz ta’ Spanja li għeleb lil Casper Ruud tal-Istati Uniti seed numru 4 fil-kompetizzjoni.
Kien Ruud li rebaħ l-ewwel set 6 – 3. Immedjata r-reazzjoni minn Alcaraz li bl-istess punteġġ 6 – 3 rebaħ it-tieni set. L-istess Alcaraz għalaq il-partita bis-set deċiżiv 6 – 4.
Fit-tieni semifinali fl-Ariake Coliseum, Taylor Fritz tal-Istati Uniti seed numru tnejn fil-kompetizzjoni ftit kellu problemi biex elimina lil Jenson Brooksby tal-Istati Uniti f’żewġ sets 6 – 4 ; 6 – 3.
//= $special ?>