Ġermaniża ta’ 54 sena, sfortunatament tilfet ħajjitha waqt li kienet qiegħda togħdos fid-Dwejra, fil-limiti ta’ San Lawrenz, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post minnufih marru l-Pulizija flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
kif ukoll membru tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn sabu lill-bugħaddasa
fuq l-art wara li ttellgħet minn xi nies li kienu fuq il-post.
Minkejja l-assistenza medika li ngħatat, sfortunatament hija ġiet iċċertifikata mejta.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Simone Grech li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.