Is-sitwazzjoni preżenti tal-ambjent hija inaċċettabli u għalhek bla dubju ta’ xejn għandu jkun hemm tibdil.
Hekk stqarr ma’ Net News l-eks MEP Laburista Cyrus Engerer, waqt intervista li fiha qasam magħna l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz ta’ liġi li se jkun qed iressaq il-Partit Nazzjonalista fil-Parlament biex l-ambjent issir dritt fundamentali fil-kostituzzjoni.
Cyrus Engerer tkellem dwar il-proposti li ressaq il-Gvern fil-Parlament fejn jidħol l-Ippjanar, u wera d-dispjaċir tiegħu kif dan sar mingħajr ebda konsultazzjoni pubblika.
Dan barra l-fatt li fi kliemu stess żewġ proposti minnhom mhux se jmexxu l-pajjiż ‘il quddiem – iżda se mmorru lura.
Kien hawn fejn Cyrus Engerer għamel referenza għal bini f’Għawdex.
Cyrus Engerer spjega wkoll li l-ambjent mhux sempliċiment l-estetika ta’ dak li naraw, imma huwa wkoll il-ħajja ta’ kull ċittadin.
Fl-intervista, Cyrus Engerer semma’ wkoll l-importanza li tinbidel is-sistema tal-finanzjament tal-partiti.
//= $special ?>