Sport Sport Ieħor

Daniele Cappitta jibbrilla fil-London Grand Tournament fil-Warhammer Old World

Daniele Cappitta, plejer Malti tat-Table Top Gaming kellu suċċessi kbar fil-London Grand Tournament fil-logħba Warhammer Old World.

Huwa wasal sal-finali u temm fis-7 post minn 77 kompetitur ieħor. Fil-mixja tiegħu, huwa kellu tliet rebħiet ta’ 20-0, draw wieħed u telfa waħda. Suċċess kbir għal Cappitta f’wieħed mill-iżjed avvenimenti prestiġjużi tal-Warhammer Tabletop.

Fil-kummenti li ta Cappitta wara li spiċċat il-kompetizzjoni, huwa stqarr li jinsab grat ħafna għas-sapport kontinwu li l-komunità tal-Gamin wriet lilu u jinsab eċċitat biex jirrappreżenta lil Malta f’avvenimenti internazzjonali oħra fil-futur.

Dan ir-riżultat li kiseb Cappitta juri biċ-ċar it-talent Malti fil-Gaming, u jidher li pajjiżna se jgawdi iżjed suċċessi fil-futur.