Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ma weġibx sitt mistoqsijiet parlamentari dwar l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), imressqa mid-Deputat Nazzjonalist Adrian Delia b’rabta ma’ organizzazzjoni ta’ parties.
Id-Deputat Nazzjonalist Adrian Delia staqsa lill-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jistax jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tallokax fondi għall-organizzaturi tal-parties; kemm hu l-baġit annwali li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu talloka għall-organizzaturi tal-parties; min kienu l-benefiċċjarji tal-fondi li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu allokat f’dawn l-aħħar ħames snin għall-organizzazzjoni tal-parties; jgħid meta l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu talloka fondi għall-organizzaturi tal-parties, humiex marbutin ma’ xi staġun jew jekk hix fid-diskrezzjoni tal-organizzaturi li jorganizzaw il-parties fi kwalunkwe żmien tas-sena; u x’inhuma r-rekwiżiti biex organizzatur ta’ party ikun intitolat fondi mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu wieġeb biss f’seduta waħda l-ġimgħa li għaddiet li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
//= $special ?>