Lokali

Illum jiżżanżan l-istudio il-ġdid ta’ NET NEWS

Wara ġimgħat twal ta’ ħidma, illejla se jkun qed jiżżanżan l-istudio il-ġdid tal-aħbarijiet, bil-bulettin ewlieni ta’ Net News se jibqa’ jitwassal fis-7:30pm.

Minn din l-iskeda, li tibda illum, l-aħbarijiet se jibdew f’nofsinhar. Imbgħad jitwasslu l-aġġornamenti kemm tat-3pm kif ukoll tas-6pm.

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, wara l-aħbarijiet tas-6pm se jkun qed jirritorna l-programm ta’ diskussjoni NETLIVE – bis-sehem ta’ diversi mistidnin u analiżi tal-ġrajjiet li jkunu qed iseħħu minn ġurnata għall-oħra.

Waqt l-istess programm, se nkunu qed naġġornawkom – fis-7:15pm – b’kollegament mal-ġurnalisti tagħna li se jagħtuna l-punti ewlenin tal-aħbarijiet.

Imbgħad, fis-7:30pm jitwassal il-bulettin prinċipali ta’ Net News.