Waqt li eluf ta’ studenti qed jibdew l-ewwel sena akkademika tagħhom fl-istituzzjonijiet edukattivi ta’ pajjiżna… din il-ġimgħa se tkompli toffrilna aktar xita u maltemp.
Fil-fatt, minn nofs il-ġimgħa, hija mbassra li se tirritorna x-xita. U possibbilment anke maltempati bir-ragħad.
Fl-istess waqt, it-temperaturi se jkomplu jinżlu, biex sa nhar il-Ħadd se jkollna l-għola temperatura 22 grad… u l-inqas, 16-il grad celcius. Dan huwa riżultat ukoll tar-riħ qawwi li se jaħkem mill-Majistral bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.
Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku, tlieta mis-sitt ijiem li ġejjin se jkunu mmarkati minn xita. U l-Ġimgħa, riħ Forza 6 se jkun qed jolqot diversi zoni fejn jaqbel.
Dan kollu jkompli jdaħħalna fl-istaġun tal-Ħarifa, b’temp li huwa sinonimu ma’ dan iż-żmien tas-sena.
//= $special ?>