Sport Sport Ieħor

Jingħata bidu għall-istaġun 2025-2026 tal-Volleyball

It-tim tal-Flyers
Flyers u Swieqi jiftħu tajjeb fit-Tazza John Bugeja

Fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless Sportiv tal-Kottenera ngħata l-bidu għall-istaġun 2025-2026 tal-volleyball organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Dan permezz ta’ partiti minn diversi kategoriji u l-bidu tat-Tazza John Bugeja għat-teams il-kbar.

Din il-kompetizzjoni tintuża mit-teams biex jesperimentaw u jippruvaw akkwisti ġodda jew players li jkunu għad iridu jiġu reġistrati

Fl-ewwel logħba mit-Tazza John Bugeja, Flyers rebħu lit-team neo promoss ta’ Paola Executive Security bl-iskor ta’ 3-0, bl-istess skor identiku kienu Swieqi Phoenix Nium li rebħu lil Birkirkara Volleyball Club. 

Ir-riżultati kollha

Under 19

Flyers vs Depiro 0-3 (16-25, 17-25, 8-25)

Swieqi Phoenix EY vs Paola Kool And Kiwi 3-0 (25-9, 25-18, 25-19) 

Under 17

Swieqi Phoenix BNR vs Paola Maypole 3-0 (25-16, 25-7, 25-17)

Swieqi Phoenix VM vs Flyers 2     3-0 (25-21, 25-22, 25-17)

Tazza John Bugeja

Flyers vs Paola Executive Security 3-0 (25-11, 25-20,25-17)

Swieqi Phoenix Nium vs Birkirkara 3-0 (25-14, 25-17, 25-13)

It-tim ta’ Depiro taħt id-19-il sena