Internazzjonali

Jinqatlu erba’ persuni f’knisja f’Michigan

Mill-inqas erba’ persuni nqatlu, u tmienja oħra ndarbu, wara li raġel armat saq vettura f’knisja f’Michigan, beda jispara lejn in-nies u qabbad il-bini bin-nar.

Uffiċjali qalu li l-attakk fuq il-knisja seħħ waqt servizz ta’ nhar ta’ Ħadd li kien attwat minn mijiet ta’ nies.

Is-suspettat, identifikat bħala Thomas Jacob Sanford, ta’ 40 sena minn Burton, Michigan, inqatel mill-pulizija fil-parkeġġ tal-knisja.

L-awtoritajiet qed jinvestigaw l-inċident bħala att ta’ vjolenza mmirata, iżda li l-motiv għadu mhux ċar.