Illum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kellu l-ewwel attivtà soċjali tiegħu f’Ta Kerċem, Għawdex.
Flimkien mal-Għawdxin Alex Borg tkellem dwar il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista li hija viżjoni konkreta u studjata għall-familji, iż-żgħażagħ, l-anzjani, in-negozji u l-ambjent.




Dawk li attendew esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-ambjent u x-xewqa li Għawdex ma jispiċċawx vittma tal-iżvillup eċċessiv, kien hawn fejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg fakkar li nhar il-Ħamis il-PN se jkun qed iressaq għall-vot fil-Parlament l-abbozz ta’ liġi tiegħu biex l-ambjent jiddaħħal fil-Kostituzzjoni bħala dritt fundamentali ta’ kull ċittadin.
Alex Borg irringrazzja lil dawk kollha li attendew tal-appoġġ tagħhom.
//= $special ?>