Lokali Parlament

L-Għar ta’ Calypso għadu magħluq

L-Għar ta’ Calypso, li hu sit ferm popolari mat-turisti u l-gwidi li jaħdmu mat-turisti f’Għawdex, ilu magħluq mill-2012.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar kien mistoqsi fil-Parlament mid-Deputat Nazzjonalista Julie Zahra jgħid fid-dawl li l-Għar ta’ Calypso ilu magħluq mill-2012, x’xogħol sar fuq dan il-proġett minn meta nħareġ il-permess f’Marzu tal-2024; u jekk ix-xogħol għadu ma bediex, meta hu mistenni li jibda u jitlesta dan il-proġett.

Il-Ministru Clint Camilleri wieġeb biss li dalwaqt se toħroġ it-tender għal geological investigations.