L-Italja rebħet il-Kampjonat tad-Dinja tal-Volleyball 2025. L-Italja għelbet lill-Bulgarija 3 – 1 f’Manila fil-Filippini, f’Pasay City, quddiem 16,000 spettatur. Kien it-tieni titlu dinji konsekuttiv u l-ħames wieħed fl-istorja, wara s-suċċessi fl-1990, l-1994, l-1998 u l-2022.
Wara 55 sena l-Bulgarija għat-tieni darba li kisbet il-midalja tal-fidda wara l-edizzjoni tal-1970. Il-Polonja wara li għelbet 3 – 1 lir-Repubblika Ċeka u rebħet il-midalja tal-bronż.
Fil-finali wara li l-Italja rebħet l-ewwel set 25 – 21, f’nuqqas ta’ reazzjoni mill-Bulgarija ddominat ukoll it-tieni set li għalqet 25 – 17. Reazzjoni mill-Bulgarija li rebħet it-tielet set 25 – 17. Madankollu fir-raba’ set, dak deċiżiv kienet l-Italja li ddominat 25 – 10 u r-rebħ tal-Kampjonat tad-Dinja FIVB.
Alessando Michieletto tal-Italja ngħażel bħala l-Aktar Plejer Validu tal-Kampjonat tad-Dinja 2025.
//= $special ?>