Parma kisbu l-ewwel rebħa staġjonali hekk kif għelbu lil Torino f’darhom 2-1.
Mateo Pellegrino kien l-awtur tal-ewwel gowl skorjat, wara li kkonverta l-penalty tiegħu fis-36 minuta. Torino jirrispondu permezz ta’ Cyril Ngonge, misluf minn Napoli, fil-50 minuta.
L-istess Mateo Pellegrino kellu jkun l-awtur tat-tieni gowl ta’ Parma li wassal għall-ewwel tliet punti fit-tmexxija ta’ Cuesta fit-72 minuta.
Intant, fil-partita l-oħra, Lazio komplew il-mixja tajba tagħhom taħt il-gwida ta’ Maruizio Sarri hekk kif għelbu lil Genoa 3-0.
Żewġ gowls fl-ewwel taqsima minn Matteo Cancellieri u Valentin Castellanos u gowl ieħor ta’ Mattia Zaccagni taw ir-rebħa lil Lazio.
//= $special ?>