Internazzjonali

Partit favur l-UE fil-Moldova mistenni jirbaħ l-elezzjoni

Il-partit pro-Ewropew tal-President tal-Moldova, Maia Sandu, qed jimxi lejn rebħa ċara u maġġoranza ġdida fil-parlament f’elezzjonijiet li qed jiġu meqjusa bħala kruċjali għall-mixja futura tal-Moldova lejn l-UE.

Sandu wissiet dwar “indħil massiċċ Russu” wara l-votazzjoni, u qalet li l-futur tal-pajjiż tagħha, li jinsab bejn l-Ukrajna u r-Rumanija, kien f’riskju.

Il-Partit tagħha tal-Azzjoni u s-Solidarjetà (PAS) kiseb 50% tal-voti, mill-1.6 miljun vot li diġa għoddew, ferm ’il quddiem mill-Blokk Elettorali Patrijottiku pro-Russu li kiseb inqas minn 25%. Il-parteċipazzjoni kienet ta’ 52%, ogħla minn dak li kien fl-aħħar snin.

Wieħed mill-mexxejja ewlenin tal-oppożizzjoni, Igor Dodon, kien diġà ddikjara rebħa anki qabel ħarġu r-riżultati u sejjaħ għal protesti quddiem il-parlament nhar it-Tnejn.