Il-Ministru Clint Camilleri qiegħed jiffaċċja pressjoni, hekk kif żewġ impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu stess qed jeħduha qatta bla ħabel kontra xulxin. Dan kien żvelat minn The Shift News.
Kollox beda minn applikazzjonni biex zona ODZ fl-inħawi tax-Xewkija tinbidel f’razzett tan-nagħaġ.
Fil-fatt il-kuġin tal-Ministru, il-Perit Alex Bigeni, preżenta applikazzjoni oħra lill-Awtorità tal-Ippjanar, f’isem il-bidwi Lawrence Cassar. L-Awtorità tal-Ippjanar kemm il-darba ma aċċettatx l-applikazzjonijiet, hekk kif din tmur kontra l-liġi tal-ippjanar, però din id-darba l-applikant qed jittama li jkollu l-appoġġ tal-Ministru.
Mhux hekk biss, iżda it-tifel tal-bidwi, John Cassar kien elett kunsillier tal-Munxar u s-sieħba tiegħu hija Vicky Xuereb, Id-Diretur Ġenerali tal-Ministru Clint Camilleri.
Minn naħa l-oħra impjegata oħra fil-Ministeru ta’ Clint, Tatiane Scicluna Cassar, li tgħix viċin din iz-zona ODZ, ħarġet kontra l-pożizzjoni tad-Direttur Ġenerali tagħha. Il-kobba tkompli titħabbel, hekk kif Scicluna Cassar hija miżżewġa kuġin ieħor tal-Ministru Clint Camilleri; George Scicluna.
Skont il-liġijiet tal-Ippjanar, l-applikazzjoni għar-razett tan-nagħaġ f’din iz-zona rurali bejn ix-Xewkija u is-Sannat lanqas biss għandha tiġi kkunsidrata, u fil-fatt l-Awtorità tal-Ippjanar kienet irrifjutat applikazzjoni bħall din fl-2022.
L-għan ta’ Cassar hija li jmexxi r-razzett illegali li hu għandu, f’zona ferm ikbar, li hija madwar 100 metru l-bogħod minn zona arkejoloġika proteta.
//= $special ?>