Il-persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru ta’ Clifton Grima, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, huma f’24 il-lokalità li minnhom tnejn huma f’Għawdex – fir-Rabat u fix-Xewkija.
Il-lokalitajiet huma Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun, il-Gudja, il-Ħamrun, il-Marsa, il-Mosta, il-Qrendi, San Pawl il-Baħar, Ħal Tarxien, Santa Venera, is-Siġġiewi, il-Mellieħa, il-Floriana, il-Gżira, Raħal Ġdid, San Ġiljan, Ħ’Attard, Tas-Sliema, Ta’ Xbiex, l-Imsida, Tal-Pietà, u Wied il-Għajn f’Malta u x-Xewkija u r-Rabat f’Għawdex.
Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru Clifton Grima, Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello.
//= $special ?>