Sport

Tadej Pogačar rebbieħ tal-Kampjonat tad-Dinja taċ-ċikliżmu

Tadej Pogačar

Fil-Kampjonat tad-Dinja taċ-ċikliżmu f’Kigali, fir-Rwanda, Tadej Pogačar tas-Slovenja rebaħ għat-tieni darba fil-karriera u ddomina jekk wieħed iqis li għamel l-aħħar 66 kilometru waħdu.

It-tellieqa ġiet deċiża fuq dawra żejda li ħadet il-grupp ‘il barra miċ-ċirkwit prinċipali ta’ Kigali u fuq żewġ tlajjiet brutali, Mont Kigali u l-Mur de Kigali, li laħqu l-quċċata aktar minn 100 kilometru mil-linja tal-ħruġ.

Kien hawn li Pogačar, rebbieħ ukoll tal-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tour de France, għamel il-mossa tiegħu, billi ġibed miegħu lil Isaac Del Toro tal-Messiku waqt li grupp ta’ 13-il ċiklist warajh ma rnexxilhomx iżommu l-pass. Fit-telgħa ta’ qabel tal-aħħar tal-Côte de Kigali Golf, Remco Evenepoel tal-Belġju attakka, fejn għamel l-aħħar 20 km waħdu biex daħal fit-tieni post u spiċċa minuta u 28 sekonda wara Pogacar.

Fl-aħħar dawra Ben Healey tal-Irlanda attakka lil Mattias Skjelmose tad-Danimarka bl-Irlandiż eventwalment temm fit-tielet post.