Lokali Qorti

Satoshi qabbel il-qtates ma’ ċertu nisa li huma “Gold-Diggers”

Il-Ġappuniż ta’ 31 sena – Okamura Satoshi, li diġa ammetta ammetta li kien responsabbli għal diversi każi ta’ qtil u ksur tal-liġi dwar il-krudeltà lejn l-annimali, wara li f’diversi zoni f’Tas-Sliema nstabu qtates mutilati qal lill-uffiċjal tal-probation li l-qtates huma bħal ċertu nisa li jagħmlu għal flus biex ipaxxu lill-irġiel, dik li huwa sejjaħ “gold diggers”.

F’dan il-każ il-qtates jifirħu b’dak li jkun beda xi ħadd jitmagħhom. Dan ħareġ mix-xhied tal-Ispettur Elliot Magro meta kienet qed issir it-ttattazzjoni dwar il-piena bejn il-prosekuzzjoni u d-difiża. Fil-qorti, il-prosekuzzjoni qalet li Saroshi għandu jingħata l-piena massima filwaqt li d-difiża qalet li l-Ġappuniż għandu jingħata piena ta’ sentenza sospiża u għajnuna.

L-Ispettur Magro qal li mhux minnu li l-ħati jagħmel għal qtates meta dawn jagħmlu għalih jew jigrifuh għax hemm filmat li juri li hu attakka qattus billi qabdu minn dembu meta dan kien rieqed. Il-prosekuzzjoni sostniet li l-imputat kien involut f’diversi attakki f’perjodu ta’ ġimgħat, li juru prepazzjoni u intenzjoni, inkluż il-preparazzjoni b’ingwantri u ikel tal-qtates.

Barra minn hekk, l-imputat ippruvat jaħrab mill-arrest meta kien infurmat mill-pulizija u nnotifika ta’ arrest, xi ħaġa li skont il-prosekuzzjoni saret biex jevita l-konsegwenzi legali. Il-prosekuzzjoni enfasizzat li l-imputat kien ripetutament involut f’dawn l-attakki u li l-verżjoni tiegħu ta’ dak li qal mhijiex konsistenti.

Qal li mhux minnu li pprova jaħrab lill-uffiċjali tal-Pulizija pajżana għax ma għafhomx, iżda għax kien qed jipprova jagħmel ħsara b’mod premeditat. Skont il-prosekuzzjoni, l-imputat għandu jkun deportat wara s-sentenza għax wieħed ma jistax japplika għall-permess tax-xogħol, anke f’każ ta’ sentenza sospiża.

Min-naħa tal-avukat difensur Adreana Zammit qalet li l-imputat huwa persuna li ma għandu l-ebda rekords kriminali qabel dan l-inċident, u dan kemm f’Malta kif ukoll fir-Renju Unit u l-Ġappun. Saroshi kien kooperattiv mal-pulizija u ammetta l-akkużi b’mod bikri, u dan għandu jiġi ikkunsidrat bħala fattur mitiganti.

L-avukat enfasizzat wkoll li l-imputat jeħtieġ għajnuna psikoloġika u kura mentali sabiex ikun jista’ jirriforma lilu nnifsu, u li l-ħabs ma jkunx l-ambjent adattat biex jingħata din l-assistenza. Ġie indikat li Saroshi għadu f’stat ta’ konfużjoni u li għandu jibqa’ jiġi segwit b’monitoraġġ fuq saħħa mentali. Il-ħabs, qalet l-Avukat mhux il-post ideali fehn dan jista’ jsir.

Il-proskuzzjoni qalet ukoll li l-ħati kellu erba’ laqgħat mal-uffiċjal tal-probation u kien fl-aħħar darba li qal li kellu xi problemi ma’ missieru, u li fl-ewwel istanza kien qal li missieru huwa kburi bih u anke kien jimbuttah ħafna u jħallaslu għall-edukazzjoni tiegħu. Dwar l-email li qal bagħtitlu ommu, tenna li mhux waħda verfikata.

L-akkużat, qed jinżamm taħt arrest minn mindu ġie arrestat fl-1 ta’ Awwissu wara sorveljanza mill-Pulizija u identifikazzjoni permezz ta’ deskrizzjonijiet u filmati tas-CCTV. Is-sentenza tħalliet għal nhar it-Tlieta,14 ta’ Ottubru fid-9am. Id-difiża, hija rappreżentata mill-avukati Adreana Zammit u Marion Camilleri, filwaqt li l-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-l-Ispettur Eliot Magri.