Il-popolazzjoni f’San Pawl il-Baħar, bħal f’Tas-Sliema, San Ġiljan, fil-Gżira u fl-Imsida, hi aktar magħmula minn barranin minn Maltin. F’San Pawl il-Baħar, il-popolazzjoni tal-Maltin hi ta’ 14,960 filwaqt li l-popolazzjoni ta’ barranin hi ta’ 25,244 total ta’ 40,204 – 10,284 barranin aktar minn Maltin.
Il-popolazzjoni ta’ rġiel f’San Pawl il-Baħar hi ta’ 7,454 waqt li ta’ nisa hi ta’ 7,506 total ta’ Maltin f’San Pawl il-Baħar ta’ 14,960 waqt li l-irġiel barranin f’San Pawl il-Baħar huma 15,795 waqt li n-nisa huma 9,449, total ta’ 25,244 ta’ persuni barranin f’San Pawl il-Baħar.
Din l-informazzjoni dwar il-popolazzjoni f’San Pawl il-Baħar ingħatat fil-Parlament minn Clyde Caruana, Ministru għall-Finanzi, skont ċifri piubblikarti mill-NSO. Din l-istatistika ngħatat għal mistoqsija li ressqet id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.
Il-popolazzjoni fil-Mellieħa hi ta’ 14,288. Il-popolazzjoni Maltija fil-Mellieħa hi ta’ 8,355 li 4,695 huma rġiel u 4,660 huma nisa. Il-barranin irġiel fil-Mellieħa huma 2,883 u nisa huma 2,050 – total ta’ barranin fil-Mellieħa jlaħħaq total ta’ 4,933 – 3,422 aktar Maltin minn barranin.
Il-popolazzjoni dwar il-Mellieħa, wkoll ingħatat fil-Parlament mill-Ministiru Caruana għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.
F’mistoqsijiet oħrajn li ressqet id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ lill-istess Ministru, irriżulta li fl-Imsida n-numru ta’ barranin kważi hu d-doppju tal-Maltin. Il-popolazzjoni fl-Imsida tlaħħaq total ta’ 16,609 li 10,655 huma barranin u 5,954 huma altin.
Jirriżulta wkoll li fil-Gżira, f’San Ġiljan u f’Tas-Sliema, il-barranin huma wkoll aktar mill-Maltin. Fil-Gżira l-barranin, sas-sena li għaddiet kienu jgħoddu 2,358 aktar mill-Maltin li fil-Gżira kienu jlaħħqu total ta’ 4,848. B’kollox il-popolazzjoni fil-Gżira hi ta’ 12,054 bil-barranin f’din il-lokalità kienu 7,206 persuna.
F’San Ġiljan ukoll hemm aktar barrranin minn Maltin bil-popolazzjoni ta’ barranin tlaħħaq total ta’ 8,698 – 2,188 aktar ta’ barranin minn Maltin f’San Ġiljan. F’San Ġiljan il-popolazzjoni s-sena li għaddiet kienet ta’ 15,208, il-Maltin kienu 6,510 u l-barranin kienu jammontaw għal 8,698 – 2,188 aktar ta’ barranin
F’Tas-Sliema l-barranin ukoll huma aktar mill-Maltin. Il-popolazzjoni ta’ barranin f’Tas-Sliema hi ta’ 12,446 filwaqt li l-popolazzjoni ta’ Maltin tlaħħaq dik ta’ 10,284 – total ta’ popolazzjoni f’Tas-Sliema ta’ 22,730. Dan ifisser ukoll li f’Tas-Sliema hemm 2,162 aktar ta’ barranin minn Maltin.
//= $special ?>