Sport

Il-plejers nazzjonali tal-badminton protagonisti fil-Kolombja

Il-plejers nazzjonali tal-badminton Samuel Cassar u Matthew Abela kienu protagonisti f’La Perla Del Otún Future Series 2025, f’Pereira, il-Kolombja. Cassar temm fl-ewwel post fid-Doubles tal-Irġiel, filwaqt li Abela temm fit-tielet post fil-kategorija mixed Doubles.

Samuel Cassar kellu wirja mill-aqwa fid-Doubles tal-Irġiel flimkien ma’ Enrico Keoni Asuncion tal-Istati Uniti. Bħala r-raba’ seeds, huma għelbu fl-ewwel fażi u fis-semifinali, lil Daniel Borja u Miguel Quirama tal-Kolumbja 21-17, 21-17 biex wara fil-finali kellhom rebħa tajba ta ’21-13, 21-16 fuq Enriquez u Vazquez Perez tal-Messiku. Fis-Singles tal-Irġiel, Cassar rebaħ il-logħba tal-ftuħ tiegħu kontra Ledezma taċ-Ċili 21-13, 21-14, qabel ma tilef fir-rawnd tas-16 kontra l-ħames seed Chamakura f’logħba stretta ta’ tliet logħbiet, 17-21, 21-13, 22-20.

Matthew Abela kellu wkoll suċċess, fil-mixed doubles flimkien ma’ Gabriela Skorkowska, fejn temmew fit-tielet post. Abela fis-Singles bħala s-seba’ seed, u avvanza għall-kwarti tal-finali. Wara rebħa fl-ewwel rawnd kontra Tovar tal-Peru (21-9, 21-10), segwita minn rebħa ta’ rimonta fir-rawnd tas-16 fejn irkupraw u rebaħ 14-21, 21-13, 21-10 kontra l-Kanadiż Lokhande.

F’riżultati oħra, il-koppja Samuel Cassar u Francesca Clark rebħu l-logħba tal-ftuħ tagħhom tal-mixed doubles kontra koppja mill-Kolombja, 21-9, 21-15.