Is-suġġeriment tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina dwar il-possibbità li jinbena multi-level parking f’Wied iż-Żurrieq fejn bħalissa jinsab il-parkeġġ, qed tittieħed nota tiegħu.
F’mistoqsija parlamentari, id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina staqsa jistax il-Ministru Chris jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xogħol fuq pjanti, inklużi l-investigazzjonijiet neċessarji, sabiex il-probabbiltà li jinbena multi-level parking fl-istess post fejn bħalissa jinsab il-parkeġġ f’Wied iż-Żurrieq, tiġi investigata b’serjetà?
Chris Bonett, Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi; wieġeb li ttieħdet nota tas-suġġeriment tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina.
//= $special ?>