“Laqgħat kontinwi sabiex inkomplu nifmu il-problemi li qed jaffaċjaw in-negozji żgħar u medji – b’hekk inkunu nistgħu nfasslu proposti ġodda fuq dawk li diġa’ nidejna”
Sostna dan il-Kap tal-PN Alex Borg f’laqgħa li kellu mal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji – laqgħa li fiha ġew preżentati l-proposti taċ-Chamber of SMEs għall-budget tal-Gvern.
Fil-laqħga kien hemm preżenti wkoll ix-Shadow Ministers Adrian Delia, Ryan Callus, Ivan Castillo u Robert Cutajar.
Iċ-Chamber of SMEs spjegat bosta sfidi li qed jaffaċjaw il-membri tagħhom; fosthom kompetizzjoni żejda min naħa tal-Gvern u anke minn ċerta kumpanijji multi-nazzjonali barranin. Bil-President Paul Abela jisħaq ukoll fuq l-importanza li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jisimgħu lill-imsieħba u anke lil xulxin – dejjem għall-ġid ta’ pajjiżna.
F’kumment li ta lil Net News, il-President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, faħħar il-proposti tal-Partit Nazzjonalisti, mmexxi minn Alex Borg – apparti li awgura wkoll iktar ħidma flimkien miegħu.
Intant Alex Borg tkellem fuq bosta proposti tal-PN li jmorru id f’id ma’ dawk taċ-Chamber, fosthom tnaqqis fit-taxxa tad-dħul u anke tal-VAT. Bil-Kap tal-PN jisħaq dwar kif din hi l-politika tiegħu; inqas tassazzjoni u infurzar ekwu sabiex id-dħul tal-pajjiż jiżdied flimkien mal-investiment meħtieġ. Iktar flus fil-but li jġib aktar investiment.
Apparti min hekk, f’kumment li ta lil dan l-istazzjon, il-Kap tal-PNqal li dawn il-laqgħat huma ta’ importanza kbira, filwaqt li faħħar il-mod kordjali ta’ kif imxiet il-laqgħa flimkien maċ-Chamber of SMEs.
Alex Borg semma’ wkoll kif bosta proposti tal-PN intlaqgħu tajjeb ħafna mill-SMEs u stqarr li ser ikun ta’ tarka għal dawn in-negozji żgħar li huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija u dik Għawdxija.
//= $special ?>