Tħabbret il-mewt tal-avukat Martin Fenech fl-età ta’ 62 sena.
L-Avukat Fenech kien deskritt bħala bniedem kariżmatiku u ġentlhom. Avukat li kien dedikat fix-xogħol tiegħu u li dejjem kien ta’ għajnuna lil dawk li ltaqgħu miegħu.
Martin Fenech kien anke kkontesta żewġ elezzjonijiet ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista, fis-snin 2003 u 2008. Fenech kien miżżewweġ lil Jacqueline u flimkien, kellhom tlett itfal.
Kienu bosta li sellmu l-memorja ta’ dan l-avukat li tant għamel differenza f’ħajjet in-nies.
//= $special ?>