Saru 109 rapporti li wasslu mill-pubbliku dwar annimali li mhux klieb qtates jew fniek li kienu maħruba jew mitlufa.
Dawn kienu 33 ħamiem; 25 papra; 24 tiġieġ; 10 budgies; marmoset; parakeet, wiżża; erba’ gerbil; hamster; guinea pig; tliet sponsuni; tliet kanarini; sturnell u xadina tat-tip Green Vervet.
Din l-informazzjoni ta fil-Parlament Anton Refalo, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
//= $special ?>