18-il għaqda qed jopponu bl-ikbar qawwa l-abbozzi ta’ liġi numru 143 u 144 u t-tlett avviżi legali ppubblikati magħhom abbażi ta’ dawn ir-raġunijiet:
1. L-Awtorità tal-Ippjanar ser issir aqwa mill-Parlament.
2. Is-setgħat tal-Qorti se jiddgħajfu.
3. Se jitneħħa l-obbligu li l-Awtorità tal-Ippjanar tqis l-impatt ambjentali ta’ żvilupp.
4. Il-Bord tal-Ippjanar ser ikollu s-setgħa jinjora l-pjanijiet u l-policies tal-ippjanar.
5. Ser isir diffiċli biex jiġu emendati l-policies tal-ippjanar fil-futur skont il-ħtiġijiet ambjentali ta’ pajjiżna.
6. Ser issir itqal biex tiġġieled favur l-ambjent u kontra l-iżvilupp.
Għaldaqstant, dawn l-għaqdiet studenteski qed jeżiġu li l-Gvern:
1. Jirtira dawn l-abbozzi u l-avviżi legali, għax ma tistax issir konsultazzjoni fuq abbozzi li fihom infushom huma rigressivi.
2. Li jintroduċi miżuri urġenti ta’ sospensjoni ta’ żvilupp li huwa pendenti appell.
3. Li jippubblika white-paper u konsultazzjoni pubblika aktar wiesa fejn tiġi diskussa l-viżjoni tal-Pajjiż fir-rigward tal-Iżvillupp.
Fi stqarrija l-organizzazzjonijiet spjegaw li huma qed jappoġjaw il-Protesta Nazzjonali ‘Ġustizzja għal Artna’ u ħeġġew liż-żgħażagħ sabiex isemmgħu leħinhom dakinhar tal-protesta.
Dawn huma l-għaqdiet studenteski:
Kunsill Studenti Universitarji (KSU)
Għaqda Studenti tal-Liġi (GħSL)
European Law Students Association (ELSA)
Junior Chamber of Advocates (JCA)
Society for Architecture & Civil Engineering Students (SACES)
Malta Medical Students’ Association (MMSA)
Earth Systems Association (ESA)
Betapsi
Malta Health Students’ Association (MHSA)
Gozo University Group (GUG)
Department of English Student Association (DESA)
University Engineering Student Association
Association of Students of Commercial Studies (ASCS)
Classics and Archaeology Students’ Association (CASA)
Science Students’ Society (S-Cubed)
MKSA – Media & Knowledge Sciences Association (MKSA)
Criminology Students’ Association (CSA)
The Malta International Relations Student Association (MIRSA)