Lokali Saħħa

Dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, illi wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat peress li fih livelli għoljin ta’ Idrokarburi Aromatiċi taż-Żejt Minerali (MOAH).

MOAH huma kimiċi li jiġu prinċiparjament minn distillazzjoni u raffinar ta’ pitrolju. Jistgħu jidħlu fl-ikel permezz ta’ ħafna modi: minn kontaminazzjoni fl-ambjent, użu ta’ lubrikanti fil-makkinarju, waqt proċessar, minn addittivi u migrazzjoni minn materjal li jmiss mal-ikel. Preżenza ta’ dawn il-kimiċi fl-ikel jista’ jkollha impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem.

Deskrizzjoni tal-prodott:Żejt tal-palm mhux raffinat
Ditta:A.F.P. African Food Product
Origini:Ekwador
Data tad-durabbilità:19/11/2026
Lot No.:Batch 2372 57
Kwantità netta500ml